Jaqa’ parti mis-saqaf tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann

Imnalla matul tmiem il-ġimgħa ma kien hemm ħadd fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.  Dan hekk kif bejn il-Ħadd u llum waqgħet parti mis-saqaf ta’ kamra li tinsab fis-sular ta’ isfel.

Tant kemm waqgħu biċċiet mis-saqaf li nkixfet ix-xibka.

Jidher li fil-kamra fejn iġġarraf is-saqaf kienu jsiru fiha l-lezzjonijiet tal-kompjuter kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. 

Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, is-Sindku ta’ San Ġwann Etienne Bonello DuPuis qal li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann ingħata l-approvazzjoni li jċaqlaq l-uffiċini għal Ġnien Karin Grech.  

Dan anke minħabba li hemm kamra oħra fil-bini preżenti li ġiet ikkundannata.

 

Ritratti: Etienne Bonello DuPuis