Jaqa’ parti minn saqaf ta’ dar fil-Pietà

Mara anzjana ttieħdet l-Isptar b’xokk fuqha wara li waqa’ parti mis-saqaf tad-dar tagħha fil-Pietà.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-10:45am fi Triq Clarens.
Fuq il-post isejjħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija kif ukoll ambulanza u tim mediku.
Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili assisstew lill-mara ta’ 64 sena sabiex joħorġuha mid-dar. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.