Jaqa’ oġġett fuq rasu f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa

James Zammit

Raġel weġġa’ ħafif wara li waqa’ oġġett fuq rasu hu u jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjega li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10.50am. Ir-raġel ta’ 31 sena mill-Kosta tal-Avorja ttella’ mis-sit tal-kostruzzjoni fil-bypass tal-Mellieħa minn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.