Jaqa’ minn trakk f’barriera; Iweġġa’ gravi

Stock Image

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ minn fuq trakk f’barriera fis-Siġġiewi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 am fi Triq Bur ix-Xewk. Ir-raġel li weġġa’ għandu 41 sena u joqgħod l-Isla. Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza. Ir-raġel ittella’ mill-barriera u ttieħed l-isptar Mater Dei.