Jaqa’ minn fuq sellum fin-Naxxar

Raġel ta’ 46 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Burmarrad.

Ir-raġel, li hu Marokkin, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.