Raġel ta’ 63 sena minn Tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq il-Lunzjata.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.