Jaqa’ minn fuq sellum fil-Mosta

ladder

Anzjan ta’ 84 sena waqa’ minn fuq is-sellun fir-residenza tiegħu fil-Mosta. L-anzjan qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li ġew infurmati li l-anzjan daħal l-isptar Mater Dei dalgħodu qabel l-10am.
Ir-raġel joqgħod fi Triq Nicolo Isouard fil-Mosta.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Charmaine Galea li fetħet inkjesta.