Jaqa’ minn 3 sulari fiż-Żurrieq; gravi

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Vjal ix-Xarolla.

Ir-raġel, li hu mis-Sudan, kien qed jagħmel xi xogħol f’gallarija ta’ residenza.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.