Gravi wara li waqa’ metru u nofs

Raġel ta’ 54 sena qed isofri minn ġrieħ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding għal madwar metru u nofs ‘l isfel.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs meta r-raġel Serb kien qed jagħmel xi xogħol ġo lukanda fi Triq Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.

Ritratt: Mill-arkivji