Read in English.
Raġel ta’ 59 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq il-Mediterran fil-Belt Valletta.
Ir-raġel li huwa residenti Ħal Għargħur ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Fi stqarrija l-pulizija spjegaw li allegatament l-inċident seħħ wara li nqata’ d-dawl f’binja fl-istess triq.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Axiak LL.D ġie nfurmat u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.