Aġġornata: Iweġġa’ serjament wara li waqa’ m’għola sular f’Ħal Għargħur

Żagħżugħ ta’ 24 sena ġarrab ġrieħi serji wara li weġġa' fuq il-post tax-xogħol f’Ħal Għargħur.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq Antonio Zammit, xħin għal xi raġuni ż-żagħżugħ waqa’ madwar sular minn sit ta’ kostruzzjoni li kien qed jaħdem fih.
Iż-żagħżugħ hu mill-Ghana, u joqgħod il-Marsa
Huwa ttieħed minnufih Mater Dei.