Jaqa’ l-ħajt tad-‘Dar tal-Fatati’

Facebook / Ghost Squad Malta

Read in English.

Tard illejla waqa’ ħajt ta’ dar magħrufa bħala d-‘dar tal-fatati’ f’Marsaxlokk.

Il-każ ġie kkonfermat minn kelliem għall-Pulizija.

Fl-inċident ħadd ma weġġa’. Ħaddiema mid-Diviżjoni tat-Tindif jinsabu fuq il-post fejn għaddejjin bil-ħidma biex inaddfu t-terrapien. Kelliem għas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika qal li hemm ukoll ħaddiema mid-Diviżjoni tal-Manutenzjoni għaddejjin bit-tiswija.