Aġġornata bil-filmat: Krejn jinqaleb fi grawnd ta’ skola f’Birkirkara

Ħaddiem weġġa' wara li dalgħodu nqeleb krejn f'Ta' Paris f'Birkirkara.

Kien għal ħabta tal-10.30 am meta krejn kbir għeleb fil-grawnd tal-Kulleġġ ta' Santa Tereża. 

Waqt il-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd fil-grawnd, u l-lezzjonijiet baqgħu għaddejjin b'mod normali.

 

Ritratti: Gabriel Schembri