Jaqa’ krejn f’Ħal Tarxien

Waqa’ krejn f’Ħal Tarxien illum waranofsinhar, iżda ħadd ma ndarab.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Wilġa. Jidher li ħadd ma ndarab fl-inċident u ma kienx hemm bżonn assistenza medika, iżda nġema’ xi traffiku fil-viċinanzi.