Jaqa’ l-ġibs mis-saqaf tal-Bażilika ta’ San Pietru; ħadd ma jweġġa’

Biċċiet tal-ġibs waqgħu mis-saqaf tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, però ħadd ma weġġa’.
Skont il-midja fl-Italja, fl-inċident li seħħ illum, biċċiet tal-ġibs waqgħu ħdejn l-istatwa tal-Pietà ta’ Michelangelo.
Numru tal-turisti li kienu fil-Bażilika nħarġu miż-żona. Il-Bażilika baqgħet miftuħa.
Kelliem għall-Vatikan qal li diġà bdew ix-xogħlijiet tat-tiswija.