Jaqa’ ħajt fil-Gżira, tnejn jeħilsuha bi żbrixx

Ħajt li aktarx ma felaħx għall-qawwa tar-riħ dalgħodu waqa', u għal ftit ma kienx se jodrob żewġ persuni.

Ana de Barro tellgħet post fuq Facebook, turi l-ħajt imwaqqa' fi triq fil-Gżira.
Dehret irrabjata għall-fatt li l-kuntrattur kulma għamel ittawwal u qalilhom biex jiskużawh.
Skont de Barro, kieku l-ħajt waqa' fuqhom kienu jmutu.
Staqsiet "fiex wasal il-pajjiż".
Ritratt: Ana de Barro