Jaqa’ għoli ta’ madwar sular f’Tas-Sliema

Raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel  xi xogħlijiet fuq bejt ta’ parkeġġ f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira llum wara nofsinhar.

Il-pulizija u ambulanza marru immedjatament fuq il-post tal-inċident.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.