Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’Delimara

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fu sellum fl-impjant ta’ Delimara. Hu kien qed jagħmel xi xogħol meta waqa għoli ta’ madwar metru u nofs.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm. Fuq il-post issejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza.

Ir-raġel għandu 45 sena u joqgħod iż-Żejtun ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.