Jaqa’ fl-Aħrax tal-Mellieħa; iweġġa’ gravi

mater_dei_112_ambulanza

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-5.30 am. L-ewwel rapport li daħal kien ta’ persuna tgħajjat għall-għajnuna.

Ir-raġel li weġġa’ għandu 41 sena u joqgħod il-Mellieħa. Għal xi raġuni waqa’ u ġie wara ċint għoli madwar sitt filati. Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei.