Jaqa’ f’Bormla; iħebb għal infermiera

Raġel ta’ 41 sena mill-Isla qed jiġi rikoverat l-isptar, wara li dalgħodu waqa’ ħdejn il-Knisja ta’ Bormla, fi Triq l-Iljun.
Kien għall-ħabta tat-8am, meta r-raġel itieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa, irriżulta li kellu ġrieħi f’rasu u ġie deċiż li tissejjaħ ambulanza biex jittieħed l-Isptar Mater Dei.
Madanakollu r-raġel sar aggressiv u ħebb għall-infermier u għax-xufier tal-ambulanza. Huma sofrew ġrieħi ħfief.