Jaqa’ dingi fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar; traffiku kbir

Traffiku kbir qed jinġema’ fl-inħawi tal-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar hekk kif kellha tingħalaq parti mit-triq wara li waqa’ dingi.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li d-dingi waqa’ minn fuq karru li kien għaddej mill-istess bypass.
Żied jgħid li t-triq ingħalqet biex jiġi evitat periklu għas-sewwieqa.
Konsegwenza t’hekk huma bosta dawk li jinsabu mwaħħla fit-traffiku, anki mid-direzzjoni ta’ Burmarrad.
Ritratt: MRTU