Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bil-jeep f’wied f’Għawdex

Żagħżugħ ta' 19-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll u nqaleb bil-jeep f’Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am meta ż-żagħżugħ, waqa’ m'għola sular għal isfel fil-wied ta’ bejn ix-Xagħra u n-Nadur, fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Għejjun.
Huwa nħareġ mill-jeep minn membri tal-protezzjoni ċivili u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li iktar tard iż-żagħżugħ kellu jiġi trasferit lejn Malta u jinsab f'qagħda kritika.