Aġġornata: Jaqa’ bihom ċint bil-balavostri; wieħed minnhom ferut serjament

Żewġt irġiel, missier u iben miż-Żurrieq ta’ 72 u 41 sena rispettivament spiċċaw l-isptar Mater Dei b’emerġenza.
Huma kienu qed jiżbru siġra meta ċint bil-balavostri ċeda u spiċċaw waqgħu m'ogħla sular għal ġo bitħa.
Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt, u qalet li ssejħu wkoll tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-irġiel.
Il-kundizzjoni tal-anzjan hi serja filwaqt li l-iben sofra biss ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu fi Triq Wied Babu, iż-Żurrieq.