Jaqa’ ajruplan żgħir f’għalqa; persuna l-isptar

Read in English.

Raġel ittieħed l-isptar wara li ajruplan żgħir waqa’ f’għalqa privata.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident fid-9:30am.

Ir-raġel li għandu 45 sena twieled f’Wales imma joqgħod f’Birkirkara. Hu weġġa’ ħafif.

Skont il-Pulizija l-ajruplan waqa’ f’żona magħrufa bħala Wied il-Knejjes f’Ħal Luqa.

L-ajruplan huwa tat-tip microlight.

Abbord l-ajruplan kien hemm ukoll raġel ieħor ta’ 40 sena residenti l-Imġarr. Dan ma weġġax.