Jaqa’ ajruplan fis-Sudan t’Isfel; 19 mejta

Reuters

Minn tal-inqas 19-il persuna mietu fis-Sudan t’Isfel wara li ajruplan żgħir li telaq mil-kapitali Juba  ikkraxxja fi triqtu lejn Yirol.

Jidher li fuq it-titjira kien hemm 22 persuna, tlieta minnhom tfal u li fost il-vittmi hemm persuna mil-Uganda u oħra mil-Etjopja. Tnejn min-nies ghadhom ma nstabux.

Tabib Taljan salva u qiegħed f’kundizzjoni stabbli wara li ġie operat f’Yirol.

Is-Sudan t’Isfel rat diversi inċidenti tal-ajru  f’dawn l’aħħar snin. Fl-2017,  erba’ passiġieri ndarbu wara li  ajruplan daħal ġo vann tat-tifi tan-nar fuq ir-runway minħabba maltemp.

Fl-2015 għexieren ta’ nies mietu meta ajruplan tal merkanzija ikkraxxja wara li telaq mil-ajruport ta’ Juba.