Jaqa’ 7 sulari; imut fuq il-post

CMRU

Raġel miet wara li waqa’ mill-għoli għall-ħabta tat-3am.

Stqarrija mingħand il-Pulizija kkonfermat li raġel min-Netherlands ta’ 24 sena waqa’ għoli ta’ madwar 7 sulari fi Triq Sir Hildebrand Oakes, il-Gżira. Huwa waqa’ minn gallarija ta’ appartament.

Il-Pulizija qalet li ġie kkonfermat mejjet fuq il-post. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.