Jaqa’ 5 metri u jweġġa’ gravi

Raġel ta’ 47 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa' għoli ta' madwar ħames metri f'fabbrika f'Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm fi Triq l-Industrija.
Meta waqa', ir-raġel, li hu ta' nazzjonalità Indjana u jgħix l-Imsida, kien qed jaħdem fuq scaffolding.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.