Jaqa’ 4 sulari; jinsab fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ 4 sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Andrew Cunningham fil-Qawra. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar u għaxra (12.10pm).

Ir-raġel, li huwa Libjan u residenti San Pawl il-Baħar ittieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li kien qed isofri minn ġrieħi serji. Fuq il-post kien hemm ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta.