Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ 2 sulari minn sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari minn sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.55am fi Triq il-Qalb Imqaddsa f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 23 sena residenti l-Imsida waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Il-vittma ttieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.