Jaqa’ 2 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni; iweġġa’ gravi

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi meta waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat, Malta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għat-8am. L-inċident ġara f’Misraħ Forok.

Qalet li raġel ta’ 52 sena u residenti s-Siġġiewi, waqa` minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku u Membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.