Jappellaw lill-Maltin jitolbu għall-Kattoliċi li qed ibatu

L-Aid to the Church in Need f’Malta qed tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tagħhom jiftakru f’tant Kattoliċi madwar id-dinja li jinsabu għaddejjin f’diffikultajiet.
L-ACN saħqet li f’ċerti pajjiżi, ħafna Kattoliċi qed ibatu minħabba t-twemmin tagħhom fi Kristu.
Qalet li dan l-appell tagħha qed isir fid-dawl tax-xewqa kbira tal-Papa Franġisku.