Jappellaw lill-Gvern biex iħallihom jivvutaw fir-referendum ukoll

L-għaqda SDM tinsab imħassba dwar il-fatt li żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18-il sena mhux se jingħataw id-dritt li jivvutaw fir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa, fil-11 ta’ April li ġej.
Fi stqarrija, l-Istudenti Demokristjani Maltin qalet li filwaqt li ż-żgħażagħ se jiġu mċaħħda li jivvutaw fir-Referendum, se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fl-istess ġurnata.
Sostniet li l-Gvern għandu ċ-ċans opportun li jagħti aktar valur lil da nil-vot storiku.
L-SDM qed tappella lill-Gvern biex jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom f’dan ir-referendum.  
Dwar dan tkellmet ukoll l-MŻPN u qalet li kważi 10,000 żagħżugħ u żagħżugħa qed jiġu mċaħħda mid-dritt tal-vot. Fakkret kif fl-2012, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li ż-żgħażagħ iridu inqas paroli u iktar azzjoni.