Jappellaw lil Pitt u Jolie biex iħalluhom jgħoddsu fi Mġarr ix-Xini

Għaddasa barranin qed jappellaw lil Brad Pitt u lil Angelina Jolie biex jagħtuhom aċċess biex jgħoddsu fl-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini, f’dan il-perjodu meta mijiet ta’ għaddasa jżuru Għawdex apposta biex jagħmlu dan. Qed jitolbu b’mod partikolari biex jagħtuhom permess jgħoddsu bil-lejl meta ma jkunx qed isir ġbid ta’xeni għall-film By the Sea.
Ċentru tal-għadis f’Marsalforn qed jiġbed l-attenzjoni ta’ gruppi interessati, li l-postijiet għall-għadis huma limitati meta r-riħ ikun Majjistral.  Spjegaw kif f’dan it-temp Imġarr ix-Xini huwa l-aħjar post.
L-għaddasa qalu li l-awtoritajiet ma kienu tal-ebda għajnuna dwar din il-kwistjoni, u għalhekk qed iduru għall-gruppi u ċentri oħra biex issir pressjoni min-naħa tagħhom.
Ritratt: jjpzammit