Jappella mis-sentenza wara li nstab ħati li pprova joqtol tarbija

Ir-raġel li kien instab ħati li pprova joqtol u kkawża ġrieħi gravi lit-tarbija ta’ 15-il xahar u ntbagħat 14-il sena ħabs appella mis-sentenza.
Fir-rikors tiegħu argumenta li hemm spjegazzjonijiet mediċi oħra ta’ kif it-tifel spiċċa bi ġrieħi severi u permanenti f’moħħu.
L-avukati tiegħu qalu li kien hemm mumenti oħra meta t-tifel waqa’ minn fuq is-sodda xħin ommu kienet tkun qed tinħasel.
Argumentaw ukollli l-verdett tal-ġuri kien illegali.
In-Niġerjan kien akkużat li kien heżżeż lit-tarbija anke wara li t-tobba wissewh li jekk jerġa’ jseħħ inċident simili kien se jkun hemm konsegwenzi serji.