Jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti u jgħid li kienet iebsa wisq

Daniel Holmes appella għad-deċiżjoni li kien ingħata mill-Qorti u qed jinsisti li din id-deċiżjoni hija iebsa wisq.
F’Novembru tal-2011, Holmes kien ingħata s-sentenza ta’ 10 snin u sitt xhur priġunerija kif ukoll immultat €23,000 wara li nstab ħati li kien qed jikkultiva mal-kilo droga tal-kannabis.
Fl-Appell huwa qed isostni li ma ngħatax id-dritt li jkollu għajnuna legali waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija u li ma kellux l-assistenza legali meħtieġa waqt is-smigħ li sar f’Għawdex.
Fit-3 ta’ Ottubru li għadda, il-Qorti Kostituzzjonali kienet iddeċidiet li Holmes għandu jingħata kumpens ta’ €7,000 għaliex ma kienx ingħata smigħ xieraq fil-Qorti.