​Jappella lill-Gvern biex jagħti b’xejn mediċina kontra l-kanċer tal-pulmun

Id-deputat Nazzjonalista Michael Gonzi, fil-Parlament, appella lill-Gvern biex idaħħal mediċina partikolari fil-formularju ta’ mediċina b’xejn u li tgħin biex tnaqqas l-effett ta’ kanċer tal-pulmun li ma jiġix ikkaġunat minħabba s-sigaretti.
Bħalissa f’Malta, spjega Gonzi, hemm 3 pazjenti biss li jbatu b’dan it-tip ta’ kanċer fosthom pazjent li hu jaf b’mod personali.
Spjega madankollu li l-mediċina meħtieġa għalihom tiswa iktar minn €6,000 fix-xahar, jew €72,000 fis-sena, u għalhekk il-pazjenti ma jifilħux għall-ispiża.
Appella lill-Gvern biex jagħti din il-possibiltà lill-pazjenti Maltin li minnha jgawdu b’xejn pazjenti f’pajjiżi oħra madwar l-Ewropa.