Jappella biex kollegi fi Brussell jifhmu l-azzjoni ta’ partiti li jiddefendu

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa, laqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti fil-każ ta’ Jason Azzopardi.
Irrefera għal stqarrijiet maħruġa miċ-Ċermen tal-grupp Soċjalisti u Demokratiċi (S&D), Gianni Pittella, dwar il-każ u appella biex ma tiġix sottovalutata s-serjetà ta’ dak li seħħ.
Appella wkoll biex kollegi fi Brussell jifhmu l-azzjonijiet ta’ partiti politiċi li jagħżlu li jiddefendu.
Fl-istess ħin irrefera għall-Panama Papers u qal li dawn juru dak li sejjaħ “defiċit morali” tal-Gvern Malti. Qal li mhux aċċettabbli sforzi ta’ Membri Parlamentari Ewropej li jippruvaw jagħlqu ħalq kritiċi tal-gvern.