Janice kif se tirreaġixxi?

Fuq TVM fit-3pm illum se tixxandar il-71 puntata tal-ewwel staġun tas-sensiela Sorelle li għandha kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber u produzzjoni ta’ Rewind.

Felicity terġa’ ċċempel lil Janice biex tkellimha dwar Matthew. X’se tgħidilha?

Malcolm tiltaqa’ ma’ Silvio. Fuq xiex se jitkellmu?

Janice tmur fid-dar ta’ Matthew. Tgħid illum se tmur tajjeb jew se tispiċċa ddiżappuntata? Matthew jibda’ jgħajjat u Felicity se tkompli miegħu. Għaliex qed jagħmlu dan? Janice kif se tirreaġixxi?