Janice iżżur lil missierha fil-ħabs

Waqt l-episodju tal-lum ta’ Sorelle li jixxandar bħas-soltu fuq TVM fit-3pm,  Janice se tmur iżżur lil missierha fil-ħabs.  X’se ssaqsih dwar l-aħwa u dwar Samantha u Louisa?

Kif inhi sejra Angela d-dar? X’se jmur jagħmel fil-kamra tagħha Sully u għaliex hija se ċċempel lill-Maġġur Bonaci?

Janice titlob lil Gina biex tagħmillha riċerka dwar xi ħadd. Min?

Sorelle għandu ktiba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.