Jammettu li serqu minn ħanut meta kienu fis-sakra

Żewġ turisti Franċiżi ammettew li serqu minn ħanut tal-ħwejjeġ waqt li kienu fis-sakra kmieni nhar il-Ħadd li għadda.

Fil-Qorti, Mathieu John Fullen ta’ 20 sena u Doris Robert Damour ta’ 21 sena ammettew li wettqu ħsara u serqu minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Baystreet nhar il-Ħadd fl-4.45 ta’ filgħodu. Huma ammettew ukoll li kienu fis-sakra u li ma kinux f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb tagħhom infushom fil-pubbliku.

Il-Maġistrat Neville Camilleri ħa in kunsiderazzjoni l-fatt li ż-żewġ turisti ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u l-fatt li t-tnejn kellhom kondotta nadifa.

Il-Qorti kkundannathom għal 18-il xahar ħabs, sospiżi għal tliet snin, u ordnatilhom iħallsu €1,838 lil sid il-ħanut.