Jammetti responsabiltà parzjali fil-każ ta’ frodi

L-ex politiku Ċiniż Bo Xilai ammetta responsabiltà parzjali fil-każ ta’ frodi ta’ fondi tal-gvern u bl-akkużi li hemm fil-konfronti tiegħu. Quddiem il-Qorti ta’ Jinan, huwa ammetta li l-mara tiegħu kienet ħadet xi flus u li hu ma kien jaf xejn dwarhom.

Madankollu Bo Xilai ammetta li ma għamilx biżżejjed sabiex iwaqqaf dan l-abbuż. Qal li qed jistħi b’għemilu li iddeskrieva bħala wieħed ta’ traskuraġni.

Bo Xilai ikkritika politiku ieħor li akkużah li kellu sehem attiv f’dan it-tbagħbis ta’ fondi.

Dan l-iskandlu li fih hemm involut personalità politika ewlenija, qed iqajjem interess kbir fiċ-Ċina.