Jammetti li wettaq 3 serqiet armat b’sikkina

Raġel minn Marsascala ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li wettaq tliet hold-ups, żamm persuni kontra r-rieda tagħhom, li kellu sikkina u li kien reċediv.

Is-serqiet twettqu bejn is-16 Ġunju u s-27 ta’ Lulju.

Fil-Qorti ħareġ li r-raġel għandu problemi bil-vizzju tad-droga u problemi psikoloġiċi. Il-Qorti waqfet mill-pubblikazzjoni tal-isem tal-akkużat. Iżda l-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża, u ordnat ‘temporary supervision order’ fuq l-akkużat li se jkun segwit minn professjonisti.