Jammetti li vvandalizza ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana

Raġel ta’ 21 sena mis-Somalja ammetta li vvandalizza ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana aktar kmieni dan ix-xahar.
Fil-Qorti l-akkużat qal li ma kienx f'sikktu waqt r-reat, u għaldaqstant il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qabbdet psikjatra biex jeżamina lill-akkużat.
Is-Somalu qed jiġi akkużat li weġġa’ lill-uffiċjal tas-sigurtà u li kisser bosta kompjuters fiċ-ċentru tas-saħħa. Il-ħsarat jammontaw €2,500.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk is-Somalu baqa’ jinżamm fl-Isptar Monte Karmeli.
Il-każ ikompli fil-5 ta' Mejju.