Jammetti li ta l-passaport lil sieħbu biex jivjaġġa bih

Raġel ta’ 31 sena mill-Kosta tal-Avorju, ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs, sospiżi għal sentejn wara li fil-Qorti ammetta li ta l-passaport tiegħu lil sieħbu biex jivjaġġa bih.
Abdela Haruna li ilu jgħix Malta sa mill-2006 u li għandu status ta’ refuġjat, kien akkużat li fl-aħħar jiem ta’ Marzu, għadda l-passaport Malti tiegħu lil terza persuna biex tivjaġġa bih lejn l-Italja.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.