Jammetti li seraq żewġ bankijiet minn Tal-Ħlas

Qormi ammetta li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet seraq żewġ bankijiet miż-żona ta’ Tal-Ħlas f'Ħal Qormi, liema żona għadha kemm ġiet irranġata.
Noel Farrugia ta’ 32 sena qal li nhar is-Sibt u l-Ħadd seraq il-bankijiet li bejniethom jiswew €600, biex ikun jista’ jħallas id-dejn pendenti tiegħu.
Il-banikijiet huma proprjetà tal-Kunsill Lokali.
Farrugia ġie mġiegħel irodd lura l-flus tal-bankijiet.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tatu 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.