Jammetti li seraq mutur, darab u hedded persuna

Serb ta’ 22 sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex tressaq il-Qorti mixli li seraq mutur u li darab ħafif filwaqt li hedded persuna oħra.
Is-Serb li tressaq quddiem il-Maġistrat Paul Coppini ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ tliet snin.
Il-Qorti ħarġet ukoll mandat ta’ protezzjoni fuq il-persuna li ndarab f’dan il-każ.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.