Jammetti li seraq mowbajl u basket minn karozza pparkjata

Raġel ammetta quddiem il-Qorti li seraq mowbajls u basket mimli affarijiet personali minn ġo karozza pparkjata f’San Pawl il-Baħar.
Ir-raġel Serb ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
Is-serqa seħħet fil-11 ta’ Awwissu li għadda u r-raġel li għandu 24 sena ġie arrestat ilbieraħ fir-residenza tiegħu f’San Pawl il-Baħar wara li kien identifikat minn fuq kameras tas-sigurtà.
L-affarijiet misruqa baqgħu ma nstabux u skont l-Ispettur Nicholas Vella l-akkużat qal lill-Pulizija li kien rema kollox.
L-avukat tal-akkużat, li ġie appuntat mill-Qorti stess minħabba li ma kellux biżżejjed flus biex iħallas, innota kif is-Serb ikkopera mal-Pulizija.