Jammetti li seraq il-credit cards ta’ 8 persuni

Raġel, residenti l-Msida ammeta li seraq karti ta’ kreditu u li ffroda numru  ta’ ħwienet. Ir-raġel li twieled is-Serbja deher quddiem il-maġistrat aktar kmieni llum. Huwa ġie akkużat fuq tliet każi ta’ fordi kif ukoll fuq serq. Il-karti ta’ kreditu kienu nsterqu lill-tmien persuni u użhom biex jixtri tagħmir tal-kompjuter minn ħwienet differenti.

L-Ispettur tal-Pulizija qal li l-akkuża kkopera mal-Pulizija u radd lura dak kollu li kien possibbli jrodd lura filwaqt li qal li l-akkużat kellu bżonn lil xi ħadd għal superviżjoni. L-avukati tad-difiża qalu li l-akkużat kellu rekord krimminali nadifa u li kien ikkopera fl-investigazzjoni.

Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati u tagħtu sentenza ta’ sena ħabs, sospiża għal tliet snin filwaqt li poġġietu taħt superviżjoni għal tliet snin.