Jammetti li seraq diesel minn vettura

Julian Calleja ta’ 29 sena residenti l-Munxar Għawdex ammetta quddiem il-Maġistrat Paul Coppini fil-Qorti t’Għawdex li seraq diesel minn vettura fix-Xewkija u li kien riċediv.

Is-serq sar fil-lejl bejn it-3 u l-4 ta’ Marzu.

Calleja ngħata ordni ta’ probation għal 3 snin u kien ikkundannat multa ta’ €1,000.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.