Jammetti li segwa, hedded u beżża’ lill-ekssieħba

Taljan ta’ 41 sena li joqgħod il-Ħamrun ammetta fil-Qorti li segwa l-passi tal-mara ta’ 33 sena, li kellu relazzjoni magħha.
Luca Burroni, li kien akkużat ukoll li beżżagħha, heddida u kien se juża vjolenza kontriha, ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal tliet snin u multa ta’ €2,000.
Il-Qorti ordnatlu li għat-tliet snin li ġejjin ma jagħmel l-ebda kuntatt mal-mara.
Jekk ma jirrispettax l-ordni tal-Qorti, is-sentenza sospiża tinbidel għal sena priġunerija.